Il-gżira Għawdxija se jkollha bini ġdid tal-Qorti wara li l-Kummissjoni tal-Ippjanar tat permess għal żvilupp f’post iktar aċċessibbli u adekwat.
Il-bini l-ġdid se jinbena fi pjazza viċin iċ-ċentru tar-Rabat u mistenni jkollu karatteristiċi arkitetoniċi li jispikkaw.
Il-proġett jinkludi sitt livelli ta’ parkeġġ taħt l-art għall-ħaddiema tal-Qorti u għall-pubbliku li jesaw mal- 495 karozza.
L-għażla tas-sit saret wara analiżi tal-aħjar pożizzjoni, impatt ambjentali, viżwali,soċjali u kunsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi.
Dan huwa viżwal ta’ kif se tidher il-qorti Għawdxija meta jitlestew ix-xogħlijiet.