L-ewwel persuna fir-Renju Unit li sarlu trapjant fuq iż-żewġ pali ta’ idejh iħossu komplut mill-ġdid u qed iħares ’il quddiem biex isuq rota li adatta għalih.
Chris King ta’ 57 sena, tilef iż-żewġ pali ta’ idejh, għajr għas-swaba’ l-kbar, f’inċident waqt li kien qed jaħdem fuq makkinarju li jippressa l-ħadid madwar tliet snin ilu. Huwa t-tieni persuna li sarlu trapjant fuq idejh f’ċentru tal-operazzjonijiet f’Leeds u l-ewwel persuna li sarlu trapjant fuq iż-żewġ idejn.
Waqt li kien qed jirkupra mill-operazzjoni: “Din isbaħ minn rebħ tal-lotterija għax qed inħossni sħiħ mill-ġdid. King qal li jidher li l-operazzjoni kienet suċċess u li diġà beda jagħmel l-ewwel movimenti. “Għandi ġenn biex inneħi l-faxex off u nħares lejhom sew. Demmi għaddej minnhom,” stqarr emozzjonat ir-raġel.
L-operazzjoni damet għaddejja madwar tnax-il siegħa u saret minn madwar tmien kirurgi.