Rekord ta’ 650 żeffien professjonali minn 25 pajjiż differenti qed jaspiraw li jingħaqdu mal-ewwel kumpanija nazzjonali taż-żfin Maltija: ŻfinMalta.
Id-direttur artistiku Paolo Mangiola sostna li kellu mumenti iebsin biex ikun jista’ jnaqqas il-lista tal-applikanti għal 50 mara u 30 raġel fejn qal li se tkompli tkun iżjed diffiċli meta se jiġi għall-għażla finali wara auditions li se jsiru.
6 żeffiena biss minn 650 kienu Maltin. Dan juri li hawn bżonn urġenti li tiżdied din il-vokazzjoni fejn il-Maltin jiġu nkoraġġuti jitgħallmu din il-passjoni sabiħa.
Il-kumpanija ŻfinMalta se tkun qed tagħmel l-ewwel tour nazzjonali Carmen f’ erba’ villaġġi madwar Malta u Għawdex; jibdew min-nhar il-Ġimgħa 13 ta’ April fl-Auditorium ta’ Santa Agatha fir-Rabat, fil-21 ta’ April fit-Teatru Pandora fiż-Żejtun u fit-30 ra’ April u fl-1 ta’ Mejju fit-Teatru Astra fir-Rabat Għawdex.
Għal aktar informazzjoni żuru: http://zfinmalta.org jew ċemplu fuq 2099 4532.