Inawgurata konnessjoni ġdida bil-wasla tal-ewwel titjira minn Bilbao. Bl-inawgurazzjoni ta’ din il-konnessjoni ġdida, l-ajruport nieda wkoll l-iskeda tas-sajf tiegħu li toffri aktar minn 100 destinazzjoni u 16-il rotta ġdida għall-istaġun.
It-titjiriet lejn Bilbao li qed jiġu operati mil-linja tal-ajru Spanjola Volotea, ser ikunu qed jitilqu millAjruport
Internazzjonali ta’ Malta kull nhar ta’ Sibt, bil-linja tal-ajru żżid il-frekwenza tas-servizz għal żewġ titjiriet fil-ġimgħa f’Mejju.
Biż-żieda ta’ Bilbao fl-iskeda r-rotot Spanjoli tal-ajruport issa telgħu għal sebgħa. Dan ser tagħti l-opportunità lill-passiġġieri li jiskopru n-naħa ta’ fuq tal-Peniżola Iberika.
Bilbao hija mdawra minn żewġ ktajjen ta’ muntanji żgħar: Artxandra u Pagasarri, u dan jagħmilha destinazzjoni eċċellenti għal dawk li jsiefru għal skopijiet ta’ avventura. Mill-quċċata ta’ Mount Artxandra, li tista’ tintlaħaq minn funikular li jwasslek sa fuq nett, wieħed jista’ jgawdi veduti mill-isbaħ tal-muntanji tal-madwar u x-xmara li tgħaddi mill-belt.
Huwa post magħrufa wkoll għall-arkitettura spettakolari, bil-mużew Guggenheim ikun wieħed mill-aktar
binjiet ikoniċi tal-belt. Quddiem dan il-mużew, wieħed isib żewġ installazzjonijiet artistiċi li tassew jiġbdu l-għajn: waħda ta’ ġeru topjariju u oħra ta’ brimba għolja kważi disa’ metri.
F’Bilbao tista’ tgawdi wkoll minn BBK Live li huwa festival annwali li jiġi organizzat fuq medda ta’ tlitt ijiem f’Lulju fuq Mount Cobeta. L-edizzjoni ta’ din is-sena ser tinkludi artisti bħal Florence and the Machine, The XX u
Gorillaz.