Bi vjaġġ ta’ erbatax-il elf erba’ mija u tmienja u disgħin kilometru, it-titjira tal-linja tal-ajru Qantas QF9 tniżżlet fl-istorja bħala l-ewwel titjira diretta bejn l-Awstralja u r-Renju Unit. It-titjira ta’ sbatax-il siegħa telqet minn Perth fl-Awstralja u niżlet fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra fl-Ingilterra; b’mitejn passiġġier u sittax-il membru tal-ekwipaġġ abbord.
Titjira li serviet bħala l-ewwel pass fi pjan ambizzjuż tal-Qantas biex iżżid rotot twal fl-iskeda tagħha.
Waqt iċ-ċerimonja li inawgurat din ir-rotta diretta ntqal li l-ewwel titjiriet tal-Qantas bejn l-Awstralja u r-Renju Unit kienu jieħdu erbat’ijiem u jinvolvu seba’ waqfiet.