Fil-jum tat-Tlieta qedgħin isiru l-elezzjonjiet ta’ nofs il-leġislatura tal-Kungress Amerikan. Dawn l-elezzjonijiet isiru kull erba’ snin għal ħabta ta’ nofs it-terminu tal-President Amerikan u ħafna drabi jitqiesu bħala referendum fuq il-prestazzjoni tal-President u l-Partit tiegħu.
Magħhom qed isiru wkoll elezzjonijiet għal gvernatur fi tletin stat differenti.
B’kollox hemm erba mija u ħamsa u tletin siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti u ħamsa u tletin siġġu fis-Senat li qegħdin jiġu kkontestati.
One News tkellem ma’ Brandon Zerafa, analist tal-politika Amerikana li stqarr li ;-aspettattiva hija li d-Demokratiċi se jirbħu l-maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti, iżda Trump mistenni jsaħħaħ il-maġġoranza fis-senat.
Jiġifieri ħa jkun hemm gains qawwijin jidher mid-Demokratiċi fejn tidħol il-House pero s-Senat anke minħabba l-fatt li kif jaħdem is-Senat, jiġifieri Senatur idum sitt snin fil-kariga. Kull sentejn ikollok terz tas-Senat li jkun up for grabs. Din is-sena l-mappa hija iżjed favorevoli għar-Repubblikani f’dak ir-rigward.
Jekk id-Demokratiċi jirnexxilhom jirbħu lura l-Kamra tar-Rappreżentanti, dan jista joħloq nkwiet għal Trump.
Kellek ħafna mill-Partit Repubblikan per eżempju li opponih meta ried ineħħi Obamacare. Jiġifieri dik dak il-fatt issa se jkun iżjed diffiċli biex jgħaddi l-agenda minħabba l-fatt li l-House u s-Senat il-poteri tagħhom huma kemmxejn equal. Jigifieri its going to get harder for him.
F’din l-elezzjoni hemm ukoll numru rekord ta’ kandidati nisa u kandidati oħrajn li ġejjin minn diversi minoritajiet, bħal nies Musulmani kif ukoll dawk mill-komunita LGBTIQ.
Għandek ħafna kandidati li ġejjin minn minoritajiet, insemmi pereżempju il-kandidat għal gvernatur ta’ Vermont min naħa tad-Democrats hija mara transgender. Għandek imbgħad ħafna Native Americans u anke nies li għandhom reliġjon Musulmana. Hija fenomenu nteressanti għaliex jidhder li l-minoritajiet qed jingħaqdu biex ikunu jistgħu jiġġieldu l-moviment li ħoloq Trump li huwa bbażat fuq il-white working class.
Kemm ir-Republikani kif ukoll id-Demokratiċi qattaw l-aħħar jiem tal-kampanja jduru diversi stati fejn hemm tiġrijiet kkonestati sew, fejn spikkat il-preżenza kemm ta’ Trump kif ukoll tal-predeċessur tiegħu Barack Obama.