Francesca Curmi issir l-ewwel plejer Maltija tat-tennis li rebħet l-International Tennis Federation Grade 2 Tournament.
Curmi rebħet dan il-kampjonat tal-ITF junior Grade 2 f’Tuniż wara li eliminat lil Franċiża Carole Monnet fi 3 settijiet 5-7 7-5 6-3.
Fil-vjaġġ tagħha, Curmi eliminat ukoll lir-Rumena prima Selma Stefania Cadar 6/1 6/2 li bħalissa għandha l-klassifikazzjoni ta’ 115 fil-Junior World ranking.
Curmi għad għandha 15-il sena u bħalissa qed tieħu taħriġ professjonali fl-Akkademja Asciak tat-Tennis li turi sinjali ċari li tista’ tikkompeti fost l-aqwa junior plejers fid-dinja u b’hekk tagħmilha l-ewwel plejer Maltija li kissret ir-rekord tal-aqwa 100 f’dan il-qasam.