Waħda mill-vittmi tal-attakk terroristiku f’Westminster li tilfet lir-raġel tagħha f’dan l-attakk stqarret li qed tħossha aħjar ma’ kull ġurnata li tgħaddi.
Melissa Cochran, li hija Amerikana, sofriet minn ksur f’saqajha wara li l-aggressur Khalid Masood baqa’ dieħla bil-vettura tiegħu f’Westminster Bridge.
Ir-raġel tal-mara, kien wieħed mill-vittmi ta’ dan l-attakk terroristiku. Hija stqarret li l-appoġġ u l-imħabba ta’ dawk viċin tagħha qed jgħinuha toħroġ minn din it-trawma.
Il-koppja kienu qed jiċċelebraw il-25 sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom propju f’Londra, iżda ħadd ma kellu jgħidilha li kienet se tispiċċa armla f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Il-ġurnata li fih sar l-attakk kienet l-aħħar ġurnata ta’ vaganza għal din il-koppja. Iżda d-destin isibek fejn irid u l-imħabba ta’ bejnithom intemmet f’memorja kerha.