L-ewwel Surplus f’ ġenerazzjoni sħiħa
L-impossibli għamilnih realtá, irnexxilna niksbu surplus mingħajr ma kellna għalfejn niċċaħdu milli nagħtu l-għajnuna soċjali meħtieġa lill-oqsma kollha tas-soċjetá, mit-tfal sal-penzjonanti. Dan qalu l-Prim Ministru fl-ewwel diskors politiku wara li pajjiżna irreġistra dak deskritt bħala ‘miraklu ekonomiku’ u cioe is-surplus li rreġistra pajjiżna għall-ewwel darba f’ ġenerazzjoni sħiħa.
Muscat sostna li dan ir-riżultat wasal minkejja li l-gvern ma qgħadx lura milli jilqa’ t-talbiet fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa, “ma bgħatnihomx ‘l hemm iżda allokajna l-fondi neċessarji”. Meta naraw xgħamilna bil-għan u bi ħsieb, qal Joseph Muscat, urejna li dak li ħaddieħor kien jgħid li hu impossibbli għamilnih realtà.
“Il-ħolma għamilniha realtà għax naqqasna t-taxxa, tajna d-dota lil min se jiżżewweġ, tajna t-tablets lill-istudenti, naqqasna l-kontijiet, għamilna toroq ġodda fil-ħin u on baġit…”
B’ din ir-riċetta li mexxejna ‘l quddiem irnexxilna li l-pajjiż jaqla’ iktar flus milli jonfoq sostna Muscat. Fakkar kif din l-istatistika ma tinkludix 70% tal-fondi li ġejjin mill-programm ta’ ċittadinanza b’ investiment.
“Fil-fażi li jmiss il-gvern se jara kif jużhom bl-aħjar mod għall-pajjiż biex Malta tintefa fil-livell li jmiss”
Dan juri s-sostennibilitá tal-pjan ekonomiku tal-gvern qal il-Prim Ministru.
Simon Busuttil ma jafx il-prinċipji bażiċi tal-ekonomija
Il-kreddibilità min-naħa tal-Oppożizzjoni ma teżistix, saħaq il-Mexxej tal-Partit Laburista, li rrefera għar-reazzjoni ta’ Simon Busuttil għas-surplus. Fakkar kif l-aħħar darba li pajjiżna għamel l-ispiża kapitali li saret fl-2016 kienet fl-2012 taħt gvern nazzjonalista- l-istess sena meta pajjiżna irreġistra l-ikbar defiċit fl-istorja tal-pajjiż. B’ dan l-għaġir Busuttil qed juri li mgħandu l-ebda tip ta’ kredibilità finanzjarja u ekonomika.
“L-anqas jaf jaqra n-numri u miniex niċċajta!” qal Muscat, “anka student universitarju li qed jipprova jibda l-karriera fl-ekonomika kapaċi jifimha.”Ma jistax ikun li bniedem li jaspira li jmexxi l-pajjiż ma jistax jifhem dawn il-punti bażiċi”.
Kieku mqar il-Kap tal-Oppożizzjoni ħa parir qabel tkellem, ma kienx jazzarda jagħmel dan il-paragun innota Muscat. Din hija l-għażla tal-pubbliku – hemm għażla bejn li nibqgħu mixjin ‘il quddiem jew li dak li ksibna jintilef. Il-Poplu Malti qed jifhem bl-importanza ta’ din l-għażla stqarr Muscat.
Busuttil qed jegħreq f’ falsità enormi
Il-kredibilitá li seta’ bena Simon Busuttil fil-qasam tat-trasparenza se jitlifha kif tilef il-kredibilità ekonomika, wissa Joseph Muscat, jekk ma jippublikax l-invoices tan-nofs miljun ewro li rċieva mgħand in-negozjanti.
Muscat reġa’ għamel sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex juri xrara ta’ onesta fil-politika, wara tant xhur jibbaża’ l-kampanja tiegħu fuq din l-għajta. Il-Prim Ministru reġa’ staqsa jekk hemmx negozjanti oħra li qed joħorġu l-flus għall-Partit Nazzjonalista, bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-Partit.
Taħt dan il-gvern il-poplu m’għandux sorpriżi
Dan il-Gvern ma ħarisx lejn iċ-ċiklu elettorali imma ħares lejn il-prijortajiet tal-poplu f’ kull baġit li fassal.
Ir-riżultati ta’ dan il-pjan kien evidenti għaliex minbarra l-istatistiċi rekord, il-gvern irnexxilu għall-ewwel darba f’ għaxar snin in-nies joħorġu lin-nies mill-faqar.
B’din id-direzzjoni, il-gvern wasal għal soluzzjonijiet ta’ problemi li kienu ilhom jinġemgħu snin twal. Hawnhekk Muscat għamel referenza għall-każijiet ta’ gruppi partikolari bħas-suldati, il-pijunieri u l-pulizija fost oħrajn, li wara snin twal se jibdew jirċievu l-ħlas li ilhom jistennew.
Lil kull min se jkun qiegħed igawdi, irrid infakkru illi kieku kien għal ħaddieħor ma kien se jieħu assolutament xejn!
Stqarr li n-nies forsi jistgħu igergru li ma ħadux kollox f’ daqqa jew li damu jistennew biex jitħallsu, imma wissihom li ma’ ħaddieħor ma kienux se jaraw ċenteżmu.