Bloxlive.tv ħabbar li se jkun l-ewwel stazzjon televiżiv iddedikat għal aħbarijiet dwar is-settur tal-blockchain u cryptocurrency. Dan se jkun l-ewwel wieħed ta’ dan it-tip fid-dinja u se jkun ibbażat f’Malta.It-tim ta’ Bloxlive.tv huwa magħmul minn ġurnalisti u professjonisti fil-qasam u esperti fit-teknoloġija u l-finanzi, lkoll kemm huma b’viżjoni li jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex il-komunita tal- blockchain u crypto tkompli tissaħħaħ.
Il-Kap Eżekuttiv Joshua Tate spjega kif fl-aħħar żmien, l-investituri u konsumaturi qed jikkunsidraw il-possibiltajiet li joffru l-blockchain u l-cryptocurrencies, u għalhekk, inħass il-bżonn għal stazzjon iffukat fuq dan il-qasam.
L-istazzjon se jxandaar madwar tliet sigħat ta’ aħbarijiet kuljum, b’stejjer qosra addizzjonali. Il-kumpanija għandha l-għan li testendi l-ħinijiet tax-xandir iktar ‘il quddiem. Dan is-servizz se jkun offrut b’xejn, iżda kulħadd hu mħeġġeġ biex jirreġistra fuq is-sit elettroniku biex jissieħeb mal-istazzjon.