Is-Sezzjoni tal-Ekononomija tan-Nazzjonijiet Uniti, il-UNECE, din il-ġimgħa ċċelebrat “The Day of Cities” f’Geneva, bil-għan li jgħaqqad Sindki minn madwar l-Ewropa. Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex, Max Zammit, irrappreżenta lil Ta’ Xbiex u l-Kunsilli Lokali ta’ Malta. Fid-diskors tiegħu fil-plenarja saħaq kemm hu mportanti li f’kull deċiżjoni dejjem inpoġġu lir-resident l-ewwel, u faħħar diversi inizjattivi favur l-ambjent li wasslu sabiex Ta’ Xbiex rebaħ għal sitt snin konsekuttivi l-“Green Council Award”. Is-Sindku tkellem ukoll dwar miżuri favur trasport sostenibbli għall-ambjent, u ideat biex il-parkeġġi jintużaw b’mod aktar għaqli.
Fost is-Sindki li attendew din l-inizjattiva tan-Nazzjonijiet Uniti kien hemm ukoll is-Sindki ta’ bliet kbar fosthom; Savona, Nicosia, Helsinki, Tirana, Kiev, u Milan fost oħrajn. L-għan ta’ din l-inizjattiva kien biex numru ta’ Sindki jaqsmu tagħrif u ideat biex permezz ta’ inizjattivi u strateġiji ta’ suċċess ikollna lokalitajiet aħjar fejn ngħixu