Tlieta u għoxrin ġimgħa. 18-il artist, li issa niżlu għal erbgħa. Dan hekk kif illejla, se tkun qed tittella’ l-ewwel semifinali tal-programm esklussiv ta’ ONE, Malta’s Ultimate Tattoo Challenge, b’kompetizzjoni bejn żewġ artisti bi stili differenti – Federica Pitzalis u Kurt Cassar.
L-isfida prinċipali tagħhom illejla hi li dawn ma jafux fuq min se jpinġu u lanqas xi jridu jpinġu, hekk kif il-produzzjoni se tkun qed tiżvela dan it-tagħrif eżatt qabel il-bidu ta’ dan il-programm.
Ir-rebbieħ tal-lejla se jikkompeti fil-finali kontra r-rebbieħ li jirriżulta mit-tieni semifinali tal-ġimgħa d-dieħla. Il-finali tixxandar b’mod esklussiv fuq dan l-istazzjon, nhar is-Sibt 30 ta’ Marzu.
Iż-żewġ semifinalisti tal-lejla taw ir-reazzjoni tagħhom f’din l-isfida.
Qalet, “For the semi-final, not knowing the design, not knowing the canvas, makes me crazy, because I need to have everything under control.”
Qal, “Illum ġejna għaċ-challenge tas-semifinal, ovvjament kienet tricky għax il-canvas ma konniex nafu fuq xiex ħa npinġu u d-design lanqas ma kont naf x’ħa nagħmel, id-disinn hu pprovdut min-naħa tagħhom, challenging hux.”
Din l-ewwel semifinali tal-Malta’s Ultimate Tattoo Challenge tixxandar illejla mid-9:15 ta’ filgħaxija ’l quddiem.