L-imħallef Consuelo Scerri Herrera ġiet assenjata fl-appell Kriminali u Ġurijiet.
Dan qalu l-Prim Imħallef Joseph Azzopardi waqt iċ-ċerimonja tal-ewwel seduta tal-Imħallef Scerri Herrera.
Fl-ewwel indirizz tagħha l-Imħallef il-ġdid sostniet kif l-akkużat għandu jingħata d-dinjità wkoll u fost oħrajn qalet li mhux sew li tifel jinżamm taħt arrest preventiv.
Fost diversi affarijiet qalet kif tipproponi li tiġi introdotta sistema rigoruża li permezz tagħha jkunu biss każijiet ta’ ċertu portata li jitressqu quddiem il-qorti, dan minħabba ċertu piż fuq il-familjari u anke fuq il-qrati.
Hija qalet li fost l-ewwel inizjattivi tagħha bħala Imħallef, bdiet tikteb xi sentenzi b’mod partikolari dawk ta’ priġunerija sabiex il-ġustizzja ssir minnufih.
Qalet li bħala Imħallef ser tkun tagħti importanza lill-kontravenzzjonijiet ta’ manteniment u aċċess tat-tfal dan sabiex it-tfal ma’ jbagħtux.
L-Imħallef Scerri Herrera qalet li f’ ħidmietha trid tagħti importanza lill-uffiċjali kollha li b’xi mod jew ieħor qed joffru s-servizz tagħhom fosthom Pulizija, u semmiet ukoll kif għandha ssir riforma fis-sistema tal-għajnuna legali, sabiex ma’ jkunx abbuż minnha.
Fid-diskors tagħha sellmet lill-Ministri kollha tal-ġustizzja li servew sa mill-elf disa’ mija sebgħa u disgħin.