Fl-ewwel partita tal-Hadd filgħodu fic-Centenary Stadium, Valletta irritornaw lura għar-rebħ meta għelbu lill-Marsaxlokk bl-iskor ta’ 1-0, f’partita li fiha għamel d-debutt tiegħu l-kowċ l-ġdid ta’ Valetta Enzo Potenza.
Għal Marsaxlokk din kienet l-ewwel telfa staġjonali.
L-ewwel azzjoni tal-lobgħa waslet mad-dzatax il-minuta meta kienu Marsaxlokk li approfittaw minn indecizijoni Beltija li approfita minnha Diego Pires Dall’Oca li kellhu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper internazzjonali Malti Jake Galea.
Fis-27 minuta mill-ġdid x-Xlukkajri meta Yuri Messias twaqqa fil-kaxxa mid-difensur Enzo Ruiz, bir-referee Malcolm Spiteri jordna penalty li minnhu l-stess Yuri Messias li ra lill-goalkeeper Jake Galea isalva.
Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Diego Pires Dall’Oca ta’ Marsaxlokk prova xutt minn barra l-kaxxa li għadda barra mil-lasti beltin.
Valletta fetħu tajjeb fit-tieni taqsima u wara ħames minuti kien Santiago Ferraris li għadda ballun lejn Fernando Barrientos, b’dan tal-aħħar kellhu x-xutt tiegħu mdawwar f’corner mill-goalkeeper Marko Drobnjak.
Ftit tal-minuti wara għal darba oħra Valletta permezz ta’ Jhonnattann Benites li bil-konklużjoni tiegħu tispiċċa mal-minduda.
Valletta fethu l-iskor fil-71 meta kien hemm azzjoni ta’ freekick kien l-goalkeeper Xlukkajr Drobnjak li tajjar l-periklu parzjalment, bil-ballun spiċċa għand Jhonnattann Benites li bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka u lill-Beltin fil-vantaġġ.
Sebgħa minuti wara u Valletta kien għoddom għamluhom tnejn meta kien Federico Vega li provda l-kross li spiċċa għand Federico Falcone bid-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa mal-lasta l-wieqfa.
Fl-aħħar mumenti tal-partita Marsaxlokk spiċċaw b’plejer anqas meta Jacob Walker kien muri l-karta l-ħamra diretta wara daħla perikoluża fuq Omar Barrientos.
Referee: – Malcolm Spiteri
BOV Plejer tal-Partita – Jhonnattann Benites Da Conceicao (Valletta)