Omm Jean Paul Sofia saħqet li tħares ’il quddiem lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ binha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Isabelle Bonnici saħqet dan fl-ewwel reazzjoni tagħha hekk kif immedjatament ingħata kopja tar-rapport ta’ inkjesta pubblika li l-Prim Ministru wkoll ippubblika kif kien l-impenn tiegħu mniżżla fit-termini ta’ referenza.
Biswit il-missier, John Sofia, Isabelle Bonnici saħqet li se tkun qed tanalizza r-rapport u determinata li dan ma jibqax fuq l-ixkaffa.