Fil-Parlament, illejla sar l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ Liġi, mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, sabiex jiġi emendat l-Att dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru, u l-Espressjoni tal-Ġeneru.
L-għan tal-emendi li qed jintriduċi dan l-Abbozz huwa li tissaħħaħ il-liġi li daħlet f’pajjiżna fl-2016, li taċċerta li ebda individwu ma jħossu inqas minn ħaddieħor.
L-emenda tiġbor fiha d-definizzjoni ta’ reklamar u tagħmilha illegali li jsir reklamar li jħajjar persuni jirċievu servizzi qarrieqa bl-iskop li jippruvaw ibiddlu l-orjentazzjoni sesswali tal-individwu.
Barra minn hekk, dawn l-emendi se jgħaddu messaġġ ċar: li mhux aċċettabbli li individwi jgħaddu messaġġi ta’ mibegħda u jpoġġu individwi oħrajn fil-periklu.