Waqt ‘The Local Traveller‘ Clare tieħu lis-segwaċi tagħha dawra ma’ gżiritna, biex niskopru aktar postijiet u attrazzjonijiet li mhux daqstant huma popolari. L-istorja, il-kultura, it-tradizzjonijiet, l-avventura, l-aspett kulinari u l-kelmtejn ma’ karrattri lokali jibqgħu l-qofol ta’ dan il-programm.

Fl-ewwel programm ta’ din l-iskeda, Clare ser tieħu lis-segwaċi saż-Żejtun u tiskopri l-istorja sinjura ta’ din il-belt, titkellem maż-żwieten u ddawwarna dawra ma’ diversi toroq u karratteristiċi ta’ dan il-lokal