Il-President ta’ Kuba, Miguel Díaz-Canel, ħatar lill-Manuel Marrero Cruz bħala l-ewwel Prim Ministru tal-pajjiż f’aktar minn 40 sena. Marrero Cruz kien qed iservi bħala l-Ministru għat-Turiżmu.
Il-kariga ta’ Prim Ministru kienet twaqqfet fl-1976 mill-mexxej rivoluzzjonarju ta’ dak iż-żmien, Fidel Castro. Iżda, din il-kariga reġgħet ġiet fis-seħħ permezz tar-regoli tal-kostituzzjoni ġdida li ddaħlet aktar kmieni din is-sena.
Marrero Cruz se jkun qed jieħu ftit mir-responsabbiltajiet li bħalissa jagħu taħt il-mandat tal-President. Il-kritiċi qed jgħidu li din il-bidla hija purament kosmetika u dan għaliex il-Partit Komunista Kuban u l-militar jibqgħu l-unika żewġ istituzzjonijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-pajjiż.