Ġiet eletta l-ewwel President fil-Barbados hekk kif il-pajjiż qed iħejji biex isir repubblika u allura titneħħa r-Reġina Eliżabetta minn kap ta’ stat.
Dame Sandra Mason, ta’ tnejn u sebgħin sena, mistennija tinħatar President uffiċjalment fit-tletin ta’ Novembru, f’ċerimonja li timmarka l-ħamsa u ħamsin anniversarju tal-indipendenza tal-pajjiż mill-Gran Brittanja.
Il-Gvern ħabbar il-pjan biex il-pajjiż isir repubblika s-sena l-oħra.
Kien qal li wasal iż-żmien li l-Barbados iħalli l-passat kolonjali warajh u jħares ’il quddiem.