Pajjiżna għandu l-ewwel politika nazzjonali tal-ispazju. Politika li tnediet dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.Forsi dak li jkun meta jisma’ bil-kelma “spazju” l-ewwel ħaġa li tiġih f’moħħu hu xi qamar, jew kewkba ; dak li naraw bil-lejl meta jidlam. Pero spazju mhuwiex dak biss ; iżda huwa wkoll it-telekomunikazzjoni u t-televiżjoni fost oħrajn.
L-ispazju m’huwiex biss dak li nħarsu lejh meta jidlam, iżda huwa t-telekomunikazzjoni u t-televiżjoni fost oħrajn. Huma dawn l-aspetti li l-ewwel politika nazzjonali dwar l-ispazju qegħda l-aktar tiffoka dwarhom. Il-politika fiha erba’ dimensjonijiet – is-servizzi essenzjali, id-dimensjoni ekonomika, investimenti edukattivi u opportunitajiet oħra.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li l-politika hija l-bażi biex tibda tkun sfruttata niċċa ġdida, dik li l-ispazju jkun kontribut ekonomiku. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega li t-tnedija hija biss il-bidu ta’ din it-tip ta’ politika li tirrikjedi ħafna ħidma. Madanakollu, Agius qal li l-Gvern jemmen fil-potenzjal tagħha u għalhekk se jinfetħu niċeċ ġodda relatati ma’ dan il-qasam, fosthom aktar investiment edukattiv u inizjattivi li jsostnu l-ekonomija.
Min-naħa tiegħu c-chairman eżekuttiv tal-Kunsil Maltin għax-xjenza u t-teknoloġija, Jeffrey Pullicino Orlando qal li l-politika nazzjonali dwar l-ispazju tirrifletti talbiet minn industriji f’pajjiżna li jaħdmu f’dan is-settur. Huwa ħabbar li l-Kunsill se jkun qed iwaqqaf fond biex isostni riċerka f’dan is-settur. Filfatt, il-Kunsill Malti għat-Teknoloġija u x-Xjenza diġà beda jaħdem biex il-politika tkun implimentata. Ic-Chairman tal-Kunsill Jeffrey Pullicino Orlando stqarr li diġa bdew diskussjoniijiet ma industriji relatati ma’ dan il-qasam.