Mohammed Saleh, l-ewwel plejer imwieled f’Gaza li qed jilgħab ma tim ewropew. Bi tbissima fuq wiċċu, iltqajna miegħu fl-Ambaxxata Palestinjana f’Malta.
Saleh li għandu ħamsa u għoxrin sena se jilgħab mal-Furjana fl-istaġun li jmiss.
Spjegalna li n-namra tiegħu għall-futbol bdiet fl-elf disa’ mija u disgħa u disgħin, meta t-tim Nazzjonali Palestinjan ġie t-tielet fil-kampjonat Għarbi.
Minn hemm il-ħolma tiegħu li jsir plejer internazzjonali. Però dan ma kienx faċli.
Bl-għajnuna ta’ traduttur, spjegalna kif fil-karriera tiegħu kellu bosta diffikultajiet.
Speċjalment meta kienu jistednuni meta nilgħab fil-league tal-west bank, u ma kontx nista’ mmur minħabba permessi u affarijiet li ma kinux jagħtuni l-Iżrael.
Għaldaqstant, bla dubju, kellu problemi biex jilgħab mat-tim nazzjonali barra mill-pajjiż.
Kelli ħafna intoppi bħal per eżempju – l-ewwel darba li kelli noħroġ, u kelli l-visa, l-okkupazzjoni Iżraeljana reġgħet bagħtitni lura Gaza, ma ħallitniex ngħaddi mill-border. Pero mbagħad bl-għajnuna tan-nies u t’Alla, irnexxieli nasal hawn Malta.
Spjegalna kif dawn kienu biss ftit mill-problemi li jaffaċċjaw hu u niesu.
It-trobbija ta’ kull Palestinjan f’Gaza hi naqra kkomplikata. Il-fatt li hemm dejjem riskju li l-Iżrael jinvadina u jibbumbardjana, tagħmel ħafna ħsara mentalment u psikoloġikament fuq it-tfal palestinjani. U jien wieħed minnhom.
F’Malta qal li jinsab kuntent, adatta ruħu malajr, u n-nies u t-tim tiegħu laqgħuh ħafna.
Minkejja dan, id-distanza minn familtu jħossha wkoll.
Jien ġa kont mifrud mill-familja. Jien kont il-hebron. U mhix faċli tmur mill-hebron għall-gaza u viċi versa. Iġifieri ġa kont il-bogħod mill-familja. U hawn qed inħossni iktar il bogħod, u qed nimmisjahom ħafna.
Minkejja kollox, wieġeb għall-mistoqsijiet tagħna bi tbissima, partikolarment meta fakkarnih li r-rivali tal-Furjana, il-Belt, huma magħrufin bħala tal-Palestina.
Saleh spjegalna li għandu kuntratt ta’ sena mal-Furjana, u mbagħad jara x’joffrilu l-futur.
Però x-xewqa tiegħu hi li jkompli jikber u jingħaqad ma’ timijiet kbar ewropej, bħar-Real Madrid.
Intant, fl-okkażjoni ta’ din il-ġrajja ta’ tfulija iebsa fil-Palestina, Fadi Hanania, Charge D’affaires tal-Ambaxxata Palestinjana f’Malta, għadda l-messaġġ tiegħu ta’ paċi u dinjità
Our message here Palestine is part of this world, and we deserve to live and strive and strive to live like the rest of the world.
So we would like to ask our friendly people of malta, of europe and of the world, to help us end the occupation, so our people can live free and practice their daily lives like everybody else.