Fil-kwiet tal-ġonna ta’ Villa Francia, il-Kunsill inkarigat mit-tfassil tal-istrateġija tal-awtiżmu ltaqa’ għall-ewwel darba ma’ persuni bl-awtiżmu.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Segreatarju Parlamentari għal persuni b’diżabilità, Anthony Agius Decelis, li faħħar ix-xogħol li qed jagħmel il-Kunsill.
Is-Sinjura Michelle uMscat qalet li hemm bżonn li l-kundizzjoni tal-awtiżmu nagħtuha iktar importanza fuq bażi nazzjonali, u li permezz tal-istrateġija l-ħajja ta’ ħafna persuni se tkun qed tittejjeb.