Fil-preżenza tal-istudenti zgħażagħ tal-Kulleġġ Malti għall-Arti Xjenza u Teknologija, twaqqfet il-Gay Straight Alliance MCAST.
Organizzazzjoni li se tagħti aktar vuċi lil studenti LGBTIQ f’dan il-Kulleġġ, bil-għan li tagħti aktar vizibiltá u integrazzjoni lin-niċeċ kollha tas-socjetá.
Il-Prinċipal tal-MCAST Stephen Cachia fisser it-twaqqif tal-GSAM bħala pass importanti fil-vjaġġ ta’ 15 -il sena tal-MCAST. Għamel aċċenn għall-importanza li l-ħajja studenteska ta’ dawn iż-żgħażagħ tmur lil’hinn mill-kotba u l-bankijiet tal-iskola.
Il-Ministru Helena Dalli rreferiet għal studji li juru kif żgħażagħ LGBTI huma iżjed suxxettibli għall-bullying u b’iżjed tendenzi suwiċidali, għaldaqstant laqgħet b’sodisfazzjoni t-twaqqif ta’ din l-organizazzjoni.