L-istudenti tas-sekondarja li ħarġulhom ir-riżultati tal-O’levels fl-aħħar ġimgħat huma l-ewwel grupp ta’ studenti li wara l-iskola primarja ma qagħdux għall-eżami tal-Junior Lyceum, li għal snin twal kien jiddomina t-tranżizzjoni bejn il-primarja u s-sekondarja fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.
Jekk wieħed iqabbel dawn ir-riżultati mal-grupp tas-sena li għaddiet, fejn kien hemm l-aħħar grupp ta’ studenti li poġġew għall-eżami tal-Junior Lyceum isib li hemm suġġetti fejn marru aħjar dawk li kellhom eżami tal-junior lyceum u suġġett ieħor fejn marru aħjar dawk li ma kelhomx.
Dawk li sitt snin ilu kienu qagħdu għall-eżami tal-Junion Lyceum marru aħjar fil-Matematika (marka medja ta’ 62.7 kontra 61.2) u fil-Malti (71.9 kontra 68.4). Filwaqt li dawk li huma tal-grupp t’a mingħajr l-ezamijiet tal-Junior Lyceum marru aħjar fl-Ingliż (marka medja ta’ 72.6 kontra 72.3) u l-Fiżik (71.2 kontra 70.2).
Kien il-Professur Frank Ventura li spjega dan kollu b’reazzjoni għal diversi analiżi li saru fl-aħħar jiem. Analiżi li fi kliem Ventura trid tinkludi biss lill-dawn it-tip ta’ studenti u mhux persuni oħra li jkunu poġġew għall-eżami fi stadju ieħor f’ħajjithom.