Persuna taħt l-età b’marda terminali saret l-ewwel waħda fil-Belġju li ngħatat l-għajnuna biex tmut, wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-età għall-ewtanażja fil-Belġu sentejn ilu.
Il-kap ta’ kummissjoni dwar l-ewtanażja ikkonferma l-każ, iżda ma provda ebda dettall ieħor.
Il-Belġju huwa l-unika pajjiż li jippermetti minuri ta’ kwalunkwe età li jagħżlu l-ewtanażja. L-Olanda tippermetti l-ewtanażja minn 12-il sena ‘l fuq.
Irid ikollhom biss abiltà li jieħdu deċiżjoni konxja u jkunu waslu fl-aħħar fażi tal-marda terminali tagħhom. Irid ikollhom ukoll il-kunsens tal-ġenituri.