Saret l-ewwel minn sensiela ta’ lagħat ma’ organizazzjonijiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza domestika, minn mindu twaqqfet il-Kummisjoni dwar il-Vjolenza Domestika.
Il-Ministru Helena Dalli saħqet li xelter mhux soluzzjoni għall-vittmi ta’ vjolenza, għax meta taqla’ familja mill-ambjent tagħha biex tipproteġiha mill-vjolenza, toħloq problemi oħra ta’ dipendenza. Sostniet li fix-xelters għandhom imorru dawk li jkunu vjolenti, fejn jgħaddu minn programm ta’ taħrig u terapija.
Filfatt f’abbozz ta’ liġi prezentata għall-konsultazzjoni, hemm enfasizzat li l persuna li tikkawża l-vjolenza għandha bżonn il-kura hi – u għalhekk għandha titneħħa mid-dar.
Huwa importanti li tissaħħaħ il-kummissjoni ghaliex isir kemm isir xogħol dejjem jonqos ħafna xi jsir biex ikunu indirizzati r-realtajiet tas-soċjetà.
Għaldastant qed isir ukoll investiment fil-laboratorji u fit-taħrig forensiku tal-pulizija u kif ukoll tal-komportament mal-vittmi. Il-Ministru awgurat li l-ligi taghti iktar saħħa lil-organizazzjonjiet mhux governattivi, fil-ħidma tagħhom mal-vittmi.