Ministru mill-Bosnia Herzegovina jinsab fuq żjara uffiċjali f’pajjiżna għall-ewwel darba.
Igor Crnadak huwa Ministru għall-Affarijiet Barranin, li flimkien mal-Ministru Malti George Vella qed jiddiskuti r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Bosnia applikat biex issir membru fl-Unjoni Ewropea fi Frar ta’ din is-sena. Dan il-fatt qed ikun diskuss anke fid-dawl li Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla.
Waqt indirizz qasir lill-mezzi tax-xandir, il-Ministru Crndak qal li qatt ma żar Malta qabel. Qal ukoll li jemmen li Malta u l-Bosnia kapaċi jikkollaboraw tajjeb ma’ xulxin.