L-ewwel konsenja ta’ gass LNG, għall-impjant il-ġdid tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, bdiet tiġi trasferita għall-faċilità fuq l-art.
Ħabbar dan il-Ministru Konrad Mizzi f’messaġġ li kiteb fuq is-sit soċjali Facebook.
Il-Ministru Miżżi qal li l-Carier tal-LNG GALEA ser ikun qed jitlaq mill-port ta’ Marsaxlokk minnufih. Dan hekk kif lesta jforni lit-tanker Armada LNG Mediterrana bl-LNG, li wasal Malta f’Ottubru li għadda.
It-tanker Armada LNG Mediterrana huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida.
Il-qalba mill-aktar żejt li jniġġeż għall-gass, hija wegħda elettorali oħra mwettqa mill-Gvern.