Il-Malta Gay Rights Movement, l-MGRM, fetħet l-ewwel liberarija LGBTIQ f’Malta, li se toffri xelta ta’ kotba dwar temi u realtajiet marbuta ma’ din il-komunità f’pajjiżna.
Il-kotba jvarjaw minn dawk fittizji għal kotba miktuba f’kuntest reali biex jolqot varjetà ta’ udjenzi. L-għan fil-fatt hu li kulħadd, minn tfal sa adolexxenti, ġenituri u għalliema.
ONE news tkellem ma’ Alex Caruana, uffiċjal tal-komunità fl-MGRM, li spjega kif l-importanzi li librerija bħal din tkun disponibbli.
Caruana spjegalna: “Għandna awturi li huma refuġjati pereżempju fl-Ewropa li kellhom jaħarbu minn pajjiżhom għax huma trans jew gay. Għandna letteratura minn persuni trans, temi dwar l-HIV, kotba għall-għalliema wkoll. Jiġifieri kull ħaġa li tinteressa lin-nies li għandha x’taqsam ma’ persun LGBT anke jekk diżabilità u LGBT – aħna għandna kollox.”
Il-librerija, li se tibda tiftaħ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn it-tlieta ta’ waranofsinhar u s-sitta ta’ filgħaxija, se jkollha aktar minn tliet mitt ktieb disponibbli, u s-self se jkun ba ħlas għall-membri tal-MGRM. Is-self għal min mhux membru iżjda jixtieq jabbona, huwa ta’ ħames ewro fis-sena.
Alex Caruana kellimna wkoll dwar rapport annwali ppubblikat minn ILGA Europe dwat l-2020, li juru kif Malta rrapportat l-anqas rata ta’ theddid u vjolenza fuq dawn il-persuni.
Hawnhekk appella biex aktar persuni jersqu lejhom biex jirrappurtaw każijiet ta’ theddid jew vjolenza fil-konfront tagħhom.
Caruana sostna: “Jiġifieri nagħmel appell li jekk hemm nies hemm barra illi ġralhom xi ħaġa li jixtiequ u jekk għandhom bżonn sapport ta’ social work aħna għandna r-rainbow support service li nagħtu servizz b’xejn u wkoll jekk jixtiequ jagħmlu rapport jiena personalment bħala MGRM immur magħhom u ngħinhom f’dak il-proċess.”
Ritratt: MGRM