Fl-ewwel indirizz tiegħu bħala Chairperson ġdid tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Perit David Xuereb stqarr li jinsab ottimist u determinat sabiex jgħolli l-profil tal-MCESD.
Il-Perit Xuereb qal li l-objettiv ta’ dan il-kunsill għandu jkun li jżid valur u jikkontribwixxi fl-aġenda nazzjonali ta’ pajjiżna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt il-laqgħa ġew diskussa l-Viżjoni Soċjali għal Malta għall-elfejn ħamsa u tletin, kif ukoll il-Pjan Nazzjonali Strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni, li t-tnejn għaddejja konsultazzjoni pubblika dwarhom.
Waqt din il-laqgħa s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali ħabbar li s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Mark Musù se jassumi l-kariga ta’ Viċi Chairperson tal-MCESD.