Is-Sibt filgħaxija ġie organizzat l-ewwel kunċert b’orkestra sħiħa fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Il-kunċert ittella’ mis-St Paul Metropolitan Orchestra, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Mark Agius u bil-parteċipazzjoni ta’ madwar mitejn resident, kemm minn San Vinċenz u anki minn djar tal-anzjani oħra.
Kien hemm ukoll il-Kor Anacrucis u diversi solisti vokali, li flimkien taw prestazzjoni mill-aqwa.
Fuq Facebook, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela ħabbar li dan il-kunċert tal-Epifanija se jsir parti mill-kalendarju tal-Ministeru.