Illum f’pajjiżna qed issir il-laqgħa Informali tal-Ministri għall-Kummerċ li tlaqqa’ lill-Ministri responsabbli mill-kummerċ u lid-delegati li jaħdmu f’dan il-qasam.
Il-Laqgħa Informali għandha l-għan li tippermetti lill-Ministri jiddiskutu b’mod informali dwar dossiers ewlenin jew li jiġbru u jaqsmu l-ideat kollha tagħhom rigward għażla ta’ materji kummerċjali. Fl-ewwel kummenti tiegħu l-Ministru Chris Cardona spjega li wara li lbieraħ filgħaxija kienu diskussi numru ta’ b’rabta mal-kummerċ, illum fil-Belt Valletta ministri Ewropej se jiddiskutu bosta aspetti oħra.
Fuq l-aġenda waqt laqgħa informali bejn ministri Ewoprej hemm suġġetti bħal metodoloġija ġdida fuq anti-dumping, kif wieħed jitratta kwistjonijiet mal-Ukrajna, u x-xenarju ġdid issa li l-poplu Amerikan għażel President ġdid.
Waqt il-kummenti tiegħu qabel daħal għal laqgħa informali, il-Ministru Malti responsabbli mill-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona qal li l-multilateraliżmu huwa l-futur tal-kummerċ. Jiġifieri numru ta’ pajjiżi jaħmdu id f’id fuq kwistjonijiet komuni.