Il-ktieb ‘Il-Kuluri tal Awtiżmu’, li għadu kif ġie ppubblikat, huwa l-ewwel ktieb bil-Malti li jidħol fid-dettall dwar l-awtiżmu, kundizzjoni relatata mal-iżvilupp fil-moħħ li taffettwa direttament il-perċezzjoni u l-mod kif persuna tissoċjalizza ma’ persuni oħrajn. Il-kundizzjoni tista’ tinkludi limiti f’ċerta mġiba, li tista’ twassal għal azzjonijiet ripetittivi.
Il-ktieb jippreżenta d-diversi aspetti tal-awtiżmu, biex jgħin lill-qarrej jifhem aktar din ir-realtà.
Fih 13-il kapitlu bis-sehem tal-esperti fl-awtiżmu kif ukoll ta’ ġenituri ta’ tfal li għandhom l-awtiżmu u anke individwi li għandhom l-awtiżmu huma stess.
‘Il-Kuluri tal-Awtiżmu’ huwa pubblikazzjoni ta’ 4sight, u huwa miktub min Dr Yanika Attard u Melvin Attard b’illustrazzjonijiet ta’ Ġorġ Mallia.