L-Aġenzija Identity Malta ħarġet l-ewwel karta tal-identità u passaport bil-marka X.
Dan huwa żvilupp favur aktar ugwaljanza f’pajjiżna, li se jkun qed jagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies.
Pajjiż li fih l-ugwaljanza hija pritjorità.
Dan il-pass favur aktar ugwaljanza u anqas diskriminazzjoni għamel lil pajjiżna it-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jagħti l-marka ‘X’. B’hekk il-Maltin issoktaw ikunu fost l-iktar ċittadini fid-dinja li għandhom drittijiet u libertajiet ċivili.
Din il-bidla kienet possibbli permezz tal-approvazzjoni tal-Kabinett tal-LGBTIQ Action Plan 2015.