Il-Film ‘Beauty and the Beast’ se jkun qed jintroduċi l-ewwel karattru gay fil-films ta’ Disney. Dan ħabbru d-Direttur Bill Condon li spjega li l-karattru LeFou, li huwa l-persuna li dejjem tkun ma’ Gaston, il-karattru l-kattiv tal-istorja, se jkun qed jesplora s-sesswalità tiegħu f’dan il-film.
Huwa spjega li LeFou f’xi ġranet se jkun jixtieq li jkun Gaston u f’ġranet oħra jixtieq li jkollu relazzjoni ma’ Gaston. Id-Direttur qal li se naraw karattru li huwa konfuż dwar xi jrid, xi ħadd li qed jirrealizza li qed iħoss li huwa attirat lejn l-irġiel.
Persuni LGBTIQ tkellmu ħafna drabi li jixtiequ li f’dawn il-films ikun hemm karattru li jirrappreżentahom. Filfatt, is-sena l-oħra kienu appellaw biex fil-film tant popolari Frozen, Elsa, l-karattru prinċipali ikollha tfajla u mhux ġuvni.
L-aħbar ta’ karattru gay fil-film Beauty and the beast kellha reazzjonijiet differenti, hekk kif kien hemm dawk li tkellmu favur li Disney qed tagħmel din il-bidla storika filwaqt li oħrajn ma għoġbithomx l-għażla tal-karattru.