Emmanuel Macron ser jibda l-ewwel ġurnata tiegħu bħala President Franċiż.
Fuq nett tal-lista ta’ impenji għal dan l-ewwel jum hemm li jagħżel Prim Ministru.
Pass kruċjali għal Macron, li jrid imur tajjeb fl-elezzjonijiet parlamentari tax-xahar id-dieħel biex imexxi ‘l quddiem ir-riformi ekonomiċi li għandu ppjanati.
Aktar tard huwa se jsiefer lejn il-Ġermanja biex jiltaqa’ mal-kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel.
Huwa wiegħed li jikkonvinċi lin-nies li s-setgħa ta’ Franza mhux qed tonqos.