AĠĠORNATA: Ninsabu informati li dawn il-każijiet b’ebda mod ma laqtu konsumaturi Maltin u li l-prodotti fis-suq Malti huwa siguri.
Wara l-mobiles, issa l-magni tal-ħasil. Id-ditta Samsung tinsab f’diskussjonijiet ma’ dawk li jħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi fl-Istati Uniti, wara li nfetħet kawża dwar magni tal-ħasil li splodew.
Dan wara li mobiles tal-mudell Note 7 kienu qed jisplodulhom il-batteriji.
Issa l-Kummissjoni għas-Sigurtà tal-Prodotti tal-Konsumaturi qed twissi bi problemi f’magni tal-ħasil tad-ditta Samsung. Il-kumpanija qed tavża lill-konsumaturi b’mudelli li jistgħu jkunu affetwati biex jużaw l-aktar ċiklu bl-inqas veloċità possibbli meta jaħslu l-ħwejjeġ.
Għalkemm ma tispeċifikax liema huma l-mudelli affetwati, fuq is-sit uffiċjali ta’ Samsung hemm l-aċċess biex il-konsumaturi jiktbu s-serial number tal-magna tal-ħasil tagħhom biex ikunu jafu jekk hijhiex affetwata jew le.