Tiftakruh ir-ritratt li mela Facebook bil-kliem ‘Je Suis Charlie’, ċioe ‘Jiena Charlie’ wara l-attakk brutali fuq dawk li jaħdmu mar-rivista Charlie Hebdo?
Issa hemm Je Suis ieħor – din id-darba Je Suis Kim. Dan jidher li nħoloq minn segwaċi ta’ Kim Kardashian wara li sfat attakkata u misruqa f’lukanda b’Pariġi. Minkejja l-fatt li qed iduru ħafna artikli online li jiddubitaw kemm l-inċident seħħ fil-verità u ma kienx xi att magħmul apposta biex Kim, li t-talenti tagħha fid-dinja tar-reality TV għamlua miljunarja.
Intant ħareġ li l-bodyguard tagħha Pascal Duvier kien qiegħed ma’ ħut Kim il-Ħadd filgħaxija meta serquha. L-eks bodyguard tagħha Steve Stanulis wissa li għandha tieqaf tiftaħar b’kemm ġid għandha fuq mezzi soċjali, jekk trid tħares is-sigurtà tagħha. Qal ukoll li t-tim ta’ sigurtà ta’ Kim messu qatt ma ħalliha waħedha ftit wara li wriet lid-dinja li għandha fuqha ċurkett li jiswa $4.5 miljun.