Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-votanti Żvizzeri ivvotaw kontra li jintemm il-ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment liberu tan-nies.
Skont il-midja tal-lokal, ir-riżultat huwa 63% kontra u 37% favur, madanakollu bħalissa għadu għaddej l-għadd tal-voti bir-riżultat finali jitħabbar aktar tard mal-jum.
Minkejja li l-Isvizzera mhix membru tal-Unjoni Ewropea, għandha ftehim dwar il-moviment liberu biex ikollha aċċess għall-kummerċ ħieles filwaqt li għandha kooperazzjoni ma’ Brussell f’oqsma bħat-trasport u l-edukazzjoni.
https://www.one.com.mt/2020/09/27/l-izvizzeri-jivvotaw-dwar-ftehim-mal-unjoni-ewropea/