Malta daħħlet l-ewwel ilment quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun annullat Pakkett ta’ Mobilità, li jinkludi żewġ regoli speċifiċi.
Il-pakkett ta’ miżuri adottat mill-Unjoni Ewropea f’Lulju li għadda kien intenzjonat biex jimmodernizza r-regoli tal-Unjoni tat-trasport fuq l-art.
Studju tal-Gvern juri li dawn iż-żewġ regoli mistennija jkollhom impatt negattiv fuq Malta u se jwasslu biex it-trasport tal-merkanzija fuq l-art jibda jopera bi spiża akbar u b’impatt negattiv fuq l-ambjent.