X’ħin ilbieraħ il-gven ippubblika l-inkjesta dwar il-każ Capital One l-ewwel titli tas-siti online kienu lkoll jirriflettu s-serjetà tal-każ. Naturalment, l-eċċezzjoni kien is-sit elettroniku tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista li rrapporta bi prominenza biss l-istqarrija ta’ Beppe Fenech Adami, Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Bħal one.com.mt, it-Times of Malta ġibdet l-iktar konklużjoni ċara mir-rapport, dik li l-investigazzjoni twaqqfet meta tfaċċa isem Beppe Fenech Adami.
L-istess tvm.com.mt.
Il-Maltatoday tat attenzjoni partikolari lil nuqqasijiet kbar mill-pulizija li ma komplewx bil-każ dwar ħasil ta’ flus u kif ma jistax ikun eskluż li dan sar għax tfaċċa isem Beppe Fenech Adami.
The Malta Independent tat l-ikbar importanza lill-fatt li l-inkjesta ntbagħtet lill-pulizija u l-FIAU kif suġġerit.
Ċara kristall ukoll it-tweet tal-editur maniġerjali tal-mediatoday.