Is-sotto kumitat fi hdan Il-Malta Sports Shooting Federation ħabbret li fis-26 u fis-27 ta’ Awwissu ser isir grandprix ta’ sparar bl-isem ta’ “DTL 200 gewwa ir range tal-Bidnija, fejn fiha ser jipparteċipaw il fuq min 30 tiratur, Maltin u Għawdxin.
Fl-sparatura imqassma fuq jumejn, it-tiraturi, ser jisparaw fuq mitejn plattina, mija fis-26 ta’ Awwissu u mija fis-27 ta’ Awwissu. It-tiraturi ser ikunu mqassma fi tlett kategoriji A, B u C. It-tiraturi jigu klassifikati waqt kompetizzjonijiet ohra li jsiru matul is sena, wara li kull tiratur ikun spara 300 mitt plattina. Min mandux kategorija, jigi klassifikat fuq kull gurnata tal GrandPrix.
Ser ikun hemm premji mill ewwel sat tielet post f’kull kategorija, il premjiejit ser jikkonsistu minn medalja u kif ukoll min ghotja monetarja. Barra min hekk ser ikun hemm il premju tal-highgun at 26, 27 u OverAll HighGun tal Grand Prix, dan il premji jinghataw lit tirattur bl-akbar ammont ta punti.
F’dan iż-żmien it-tiraturi ikunu qegħdin iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom iħejju u jittrenjaw għall-grandprix. It-taħriġ tal-isparar normalment isir nhar ta’ Erbgħa, Ġimgħa, Sibt u Ħadd fir ranges tal Bidnija, Southern Shooting Range gewwa Hal Far kief ukoll fir range tal Gozo Clay Target Association gewwa Zebbug, Ghawdex.
Id dixxiplina tad-, Down The Line (DTL). Hija varjazzjoni ohra min diversi dixxiplini tal isparar Trap. Din id dixxiplina hija popolari ferm fl-Awstralja, New Zealand, l-Afrika t’isfel, iż-Żimbabwe, Il-Kanada, Franza, ir-Renju Unit u l-Irlanda. Grazzi ghal inizzjativa tal-MSSF u is sotto kumitat fi hdanu din id dixxiplina qedgha tikseb popolarita u interess qawwi f’pajjizna ukoll. Fl-aħħar jiem il-Bidnija organizat ukoll sparatura DTL fuq 50 platina b’risq Kate Foundation.
Kate hija tifla ta’ erba’ snin li tliet snin ilu nstab li qed tbati bis-Sindromu Tatton Brown, li jikkawżalha dewmien fl-iżvilupp minbarra sfidi oħrajn ta’ saħħa. Minkejja dan, ħafna jiddeskrivuha bħala kuraġġjuża mmens.