Fl-okkażjoni tal-iffirmar tal-ftehim kollettiv mal-General Workers’ Union, GWU, għall-istaff amministrattiv tal-Istitut ta’ Studji Turistiċi, ITS, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis stqarr li dan huwa pass importanti għall-ħaddiema fi ħdan l-ITS li trawwem l-istudenti turistiċi għal futur fi ħdan l-industrija tat-turiżmu.
Dan il-ftehim se jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017 b’terminu ta’ ħames snin, fejn se jtejjeb sostanzjalment il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema amministrattivi tal-ITS, saħaq il-Ministru Edward Zammit Lewis. Huwa fakkar li dan huwa l-ewwel ftehim kollettiv f’dawn l-aħħar 26 sena, fejn l-ITS ikkonkludiet b’suċċess matul din l-amministrazzjoni.
Fl-għeluq tal-intervent tieħgu, il-Ministru għat-Turiżmu rringrazzja lill-board tad-diretturi, il-maniġment u l-ħaddiema kola tal-ITS għax-xogħol siewi u professionals tagħhom, kif ukoll lid-diriġenti tal-GWU għall-kollaborazzjoni tagħhom għal bil fuq dan il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema amministrattivi tal-ITS.
Apparti minn żieda fil-pagi, il-ħaddiema amministrattivi se jibbenefikaw minn benefiċċji fein ser jiġu rregolazzati l-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll jibbenefikaw minn stabbiltà fuq il-post tax-xogħol. Il-ħaddiema amministrattivi se jiġu koperti minn assigurazzjoni tas-saħħa. B’tibdiliet fil-ħinijiet tax-xogħol, l-ITS, ser ikun ta’ iktar effiċjenza speċjalment b’korsijiet ġodda inkluż id-degree.
Il-Kap Eżekuttiv, Pierre Fenech, qal li qegħdin niffirmaw dan il-ftehim kollettiv b’sodisfazzjon wara sentejn ta’ diskussjonijiet mal-GWU. Dan huwa l-ewwel ftehim f’26 sena mill-ftuħ tal-ITS, fejn l-istaff amministrattiv se jiġu rregolarizzati permezz ta’ ftehim kollettiv.
Is-Segretarju tal-GWU tat-taqsima tal-Gvern u entitajiet pubbliċi, Jeremy Camilleri, tenna li l-GWU hi kburija bil-ħidma li twettqet tul dawn is-sentejn ta’ diskussjonijiet għaliex għall-ewwel darba l-ħaddiema se jkunu qed jaħdmu fi struttura li ttiehom dinjità u għarfien għall-ħidma tagħhom.