Kien fis-settur tas-Sajd li ngħalaq l-ewwel file taht il-Presidenza Maltija tal-Kunsill ta’ Unjoni Ewropea. Fil-fatt, tul il-jum tal-Erbgħa kien hemm qbil mal-Parlament Ewropew fuq regolament li jistabilixxu standards dwar bastimenti tas-sajd.
Barra minn hekk, it-team Mati, li ħadem ukoll mal-Presidenza Slovakka, wasal għal ftehim iehor mal-Parlament Ewropew dwar dak li qed jissejjaħ il-Fisheries Data Collection Framework. Kien hemm ukoll qbil unanimu fil-Kunsill dwar erba’ ftehimiet marbuta mal-kwota fil-qafas ta’ din il-ħidma.
Fl-istess ħin Roderick Galdes, is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan is-settur u l-agrikoltura ressaq il-prijortiajiet fil-Parlament Ewopew.