Wara t-tisbiħ fir-residenza għall-anzjani ta’ San Vinċenz de Paule, issa r-residenza ċċelebrat għall-ewwel darba l-festa ta’ San Vinċenz de Paule. Festa tradizzjonali Maltija li laħqet il-qofol tagħha fil-pjazza tar-residenza bit-tberik tax-xbiha ta’ San Vinċenz mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis żar l-attività li matulha ġiet inawgurata l-istatwa ta’ San Vinċenz li nġiebet minn Spanja:
“Għandna madwar 500 anzjan, uħud minnhom minn f’ San Vinċens, imma stedinna wkoll l-anzjani mill-homes. Issa fil-ġranet li ġejjin, San Vinċens se jdur il-wards bil-banda miegħu ħalli dawk l-anzjani li ma kinux jistgħu jiġu hawnhekk minħabba raġunijiet mediċi ikunu jistgħu igawdu din il-festa wkoll.”
Iċ-Ċermen tal-kumitat Dr Joseph Fava qal li din l-istawa kienet ideali minħabba ċ-ċokon tagħha:
“L-idea li nagħmlu festa nibdew annwali lil San Vinċens de Paule u … u nagħmlu statwa addatta, ma tkunx goffa li tgħodd għal hawnhekk. Anke jekk ikun irid xi ħadd minnhom iġorrha ikun jista’ iġorrha fil-festi, li jkun mobbli.”
Intant matul l-attività, Mario Caruana mill-kumitat laqa’ l-bidlda fl-isem tat-triq quddiem ir-residenza minn Triq L-Imgieret għal triq Florence Nightingale li fi kliemu se jkompli jnaqqas l-istigma marbuta ma’ din ir-residenza.