Għal sena oħra il-ġonna tal-palazz ta’ San Anton laqgħu fihom lil bosta li kkonkorrew bi ħġarhom għal edizzjoni oħra ta’ Festa Ċitru.
F’din l-attivtà annwali jinbiegħu diversi tipi ta’ prodotti magħmulin miċ-ċitru li jkun inqata mill-masġar kbir tal-larinġ li hemm fil-ġonna tal-palazz.
“Hawn ħafna nies, ħafna, kważi begħna kollox – kellna muffins, kejkijiet, marmalade u soppa bil-larinġ u bil-qargħa ħamra, sejrin tajjeb ħafna.”
Kienu ħafna li ppruvaw xi prodott jew ieħor bnin magħmul minn din il-frotta tant popolari.
Din kienet l-ewwel Festa Ċitru għall-President George Vella, li kien sorpriż bl-ammont kbir ta’ nies li sa minn filogħdu ħonqu l-ġonna tal-palazz u xtraw diversi prodotti b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
“Li qed jixtru huma affarijiet healthy u jista’ ovvjament it-tfal ġurnata barra, suċċess kbir. Lili qaluli li ilu ħafna ma jkun hawn nies daqs kemm hawn illum”