L-ewwel fażi ta’ xogħlijiet fil-Mużew Marittimu fil-Birgu qed torqob lejn it-tmeim. Ix-xogħol kien jikkonsisti f’restawr, tindif, twaqqigħ, rikostruzzjoni u riabilitazzjoni fuq wara tal-mużew.
L-ewwel fażi ta’ dan ix-xogħol hija mistennija li titlesta s-sena d-dieħla. Hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet, il-Mużew Marittimu ser jinfetaħ mill-pubbliku.
Fit-tieni fażi tal-proġett ser ikun hemm immodernizzar fl-ispazju li jospita l-mużew. Id-Disinjatur tal-mużewijiet ta’ fama internazzjonali Adrien Gardere se jgħin lil Heritage Malta fit-tieni fażi tal-proġett.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-Gvern impenjat li jkompli jwettaq inizjattivi li jħarsu l-preservazzjoni, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta’ fortifikazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li dan il-proġett qiegħed isir minn fondi li ngħataw mill-EEA u fondi Norveġizi b’investiment ta’ €1,713,200.