Din kienet l-ewwel edizzjoni tal-Eurovision mingħajr ix-xandar veteran tal-BBC, Terry Wogan. Huwa miet fl-età ta’ 77 sena f’Jannar li għadda wara battalja qasira kontra l-kanċer.
Sir Terry kellu 50 sena esperjenza fix-xandir tat-televiżjoni u kif ukoll tar-radju. Huwa kien ukoll il-vuċi għall-Eurovision għal bosta snin.
Fuq livell internazzjonali kien magħruf għall-kummentarju fuq il-BBC waqt ix-xandira tal-Eurovison. Mhux l-ewwel darba li għadda kummenti ironċi, inkluż fuq kantanti Maltin, li bihom setgħu ħassewhom offiżi.
Għal snin twal kien iqajjem lill-pajjiżu bil-programm ‘Wake Up to Wogan’, li kien jixxandar filgħodu kmieni fuq BBC Radio 2.