Ritratt: BBC
Fiż-Żimbabwe qed issir elezzjoni Presidenzjali li fiha, għall-ewwel darba fl-Istorja ta’ pajjiż sovrann, m’hemmx Robert Mugabe fuq il-polza tal-vot.
Din l-elezzjoni qed issir wara li s-sena l-oħra Mugabe tilef il-poter minn idejh riżultat ta’ kolp ta’ stat.
Fit-tellieqa hemm Emmerson Mnangagwa, li huwa l-President attwali u ġej mill-partit li kien imexxi Mugabe, Zanu PF.
Min-naħa l-oħra hemm Nelson Chamisa mill-Moviment għall-Bidla Demokratika.
Dan tal-aħħar jista’ jsir l-iżgħar President ta’ dan il-pajjiż Afrikan li fil-maġġoranza tiegħu għandu livell t’edukazzjoni għolja iżda disgħin fil-mija tal-poplu m’għandux xogħol.
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri lil Mnangagwa li għandu vantaġġ minimu fuq Chamisa.
Sadanittant, l-eks President Mugabe saħaq li huwa mhux se jivvota għas-suċċessur tiegħu.