Evolve Endurance Club se jkun qed jorganizza l-ewwel l-edizzjoni ta’ Evolve 5 Mile. Permezz ta’ din it-tiġrija, Evolve Endurance Club qed jappoġġja lill-Fondazzjoni Inspire, li tipprovdi għadd ta’ servizzi edukattivi u terapewtiċi lil individiwi li għandhom diżabbilitajiet differenti u lill-familji tagħhom. Il-tiġirja, għandha distanza ta’ 5 mili, tibda u tispiċċa quddiem l-Inspire (Razzett tal-Ħbiberija) li jinsab f’Marsaskala u r-rotta tgħaddi minn diversi toroq fl-istess lokalita. Evolve Endurance Club iħeġġeġ lil dawk kollha li jistgħu jiġru jew anke dawk li jixtiequ jieħu sehem billi jimxu, biex jipparteċipaw f’din it-tiġrija.
Bil-parteċipazzjoni tagħhom, ikunu qed jgħinu lill-Fondazzjoni Inspire tkompli tinvesti fil-programmi li toffri għal persuni b’diżabilità.
Kull min jixtieq jieħu sehem, jista’ jirreġistra billi jidħol fuq il-paġna Evolve 5 Mile – https://evolveec.com/.